
Il-Milan bdew il-Kampjonat Taljan ta' din is-sena kontra l-Genoa fejn l-aħħar logħba ta' dawn it-tnejn kienet 12-il sena ilu meta kien inqalet Vicenzo Spagnolo. B'hekk minħabba dan l-inċident is-supporters tal-Milan ma tħallewx jidħlu fil-grawnd ta' Marassi. Qabel ma bdiet il-logħba iż-żewġ captains taw bukkett fjuri lill-oħt Spagnolo, Romina.
Il-logħba bdiet tajjeb għall-Milan u kien Ambrosini li skurja l-ewwel gowl ta' l-istaġun permezz ta' daqqa ta' ras wara freekick ta' Pirlo. Wara l-gowl il-Milan komplew jattakkaw u sabu 2 gowls oħra fl-aħħar tat-taqsima, darbtejn permezz ta' Kakà. L-ewwel minn azzjoni wara li Oddo daħal fil-kaxxa, ipprova jqassam lil Seedorf, dan ta' l-ballun lil Kakà li ma falliex milli jpoġġi l-ballun fix-xibka. Wara reġa sab ix-xibka minn penalti wara li ġie mwaqqa' fil-kaxxa Gilardino. B'hekk il-Milan daħlu fil-mistrieħ bl-iskor ta' 3 b'xejn. Fit-tieni taqsima, il-Milan raw li jżommu r-riżultat anki wkoll minġabba s-sħana. Kien hemm diversi azzjonijiet tal-Genoa pero l-ebda wieħed ma sab ix-xibka. Il-logħba li jmiss għall-Milan se tkun nhar il-Ġimgħa kontra s-Siviglia fis-Supercoppa Europea.
SKURJAW: 21' Ambrosini, 44' Kaka, 45' Kaka (pen)
GENOA: Rubinho, Bega, Lucarelli, Santos (66' Rossi), Konko, Milanetto, Paro (46' Fabiano), Juric, Papa Waigo (78'Leon), Gasparetto, Di Vaio
MILAN: Dida, Oddo, Nesta, Kaladze, Jankulovski (88'Favalli), Gattuso (74' Brocchi), Pirlo, Ambrosini (82' Gourcuff), Kaka, Seedorf, Gilardino
REFERI: Saccani
KARTI SOFOR: Ambrosini, Rubinho, Seedorf