31.7.07

Il-Kalendarju tal-Kampjonat tal-Milan

Illum telgħa l-kalendarju tal-Kampjonat 2007/2008.

Il-kalendarju tal-Milan huwa dan segwenti:
1^ Ġurnata
Genoa-Milan 26/8 27/1
2^ Ġurnata
Milan-Fiorentina 2/9 3/2
3^ Ġurnata
Siena-Milan 16/9 10/2
4^ Ġurnata
Milan-Parma 23/9 17/2
5^ Ġurnata
Palermo-Milan 26/9 24/2
6^ Ġurnata
Milan-Catania 30/9 27/2
7^ Ġurnata
Lazio-Milan 7/10 2/3
8^ Ġurnata
Milan-Empoli 21/10 9/3
9^ Ġurnata
Milan-Roma 28/10 16/3
10^ Ġurnata
Sampdoria-Milan 31/10 19/3
11^ Ġurnata
Milan-Torino 4/11 22/3
12^ Ġurnata
Atalanta-Milan 11/11 30/3
13^ Ġurnata
Cagliari-Milan 25/11 6/4
14^ Ġurnata
Milan-Juventus 2/12 13/4
15^ Ġurnata
Reggina-Milan 9/12 20/4
16^ Ġurnata
Milan-Livorno 16/12 27/4
17^ Ġurnata
Inter-Milan 23/12 4/5
18^ Ġurnata
Milan-Napoli 13/1 11/5
19^ Ġurnata
Udinese-Milan 20/1 18/5

Ippreżentat il-flokk il-ġdid tal-Milan

Fir-ristorant ta' Milan "Da Giannino" ġie ppreżentat il-flokk il-ġdid tal-Milan għall-istaġun 2007/2008. F'konferenza stampa kienu preżenti l-Amministratur Delegat ta' Milan, Adriano Gallinao u id-Direttur tal-Marketing ta' l-Adidas Italia, Winand Krawinkel.

L-istil tal-flokk il-ġdid huwa ispirat mit-tradizzjoni: l-istrixxi ħomor u suwed se jkunu iżgħar minn dawk tas-sena l-oħra, l-istil tal-flokkijiet użati fis-snin 80. Fuq l-għonq fuq wara se jkun hemm rikamat "AC Milan". Dettal ieħor huwa il-"Winner Badge" u l-patch tas-7 Champions Leagues fuq il-kmiem.

Apparti il-"Winner Badge" u l-patch il-Milan se jkunu jistgħu jilgħabu bil-ballun Adidas Finale Athens, il-ballun li ntuża fil-finali taċ-Champions League.

LECCO-MILAN 0-4

29-07-07
Fl-istadium 'Rigamonti-Ceppi', l-Milan lagħbu l-ewwel logħba uffiċjali tagħhom kontra l-Lecco. Fl-40 minuta l-Milan għaddew fil-vantagg permezz ta' gowl minn Ronaldo li skurja bil-lemin wara li qassamlu Seedorf. Fl-ewwel 45 minuta il-Milan deher f'forma tajba speċjalment Kakà, Ronaldo u Seedorf.

Fis-56 minuta il-Milan rduppjaw permezz ta' Kaka fuq pass minn Seedorf. Fil-71 minuta kien imiss lil Brocchi li jiskurja minn ballun li ġie għandu wara li l-gowler tal-Lecco irribatta xutt ta' Kaka. Mbagħad kien imiss lil Seedorf li jiskurjaw fis-87 minuta.

Issa l-logħba li jmiss hija kontra l-PSV Eindhoven f'Moska nhar il-Ġimgħa 3 ta' Awissu.

LECCO-MILAN 0-4
SKURJAW: 40'pt Ronaldo, 56' Kakà, 71' Brocchi, 87' Seedorf

LECCO L-ewwel taqsima: Varaldi; Carnesani; Campi (25' Bonfanti); Villagatti; Mussoni; Chianese; Lomi; Corti; Altobelli; Barbieri; Vieri.
LECCO It-tieni taqsima: Varaldi (81' Galbusera); Fusco; Bonfanti (24'st Riva); Villagatti; Paini (72' Martinelli); Cortese (81' Mazzetti); Bottini; Bonacina; Bloudek (81' Carrozza); Romano (69' Danieli); La Cagnina.


MILAN L-ewwel taqsima: Dida; Cafu; Bonera; Kaladze; Serginho; Gattuso; Brocchi; Ambrosini; Seedord; Kakà; Ronaldo.
MILAN It-tieni taqsima: Kalac; Oddo; Nesta; Simic; Jankulovski; Gattuso (72' Caraglia); Pirlo; Brocchi; Seedorf; Kakà; Ronaldo (64' Aubameyang).

REFERI: Emiliano Gallione.

24.7.07

Beda l-istaġun tal-Milan 2007-08

L-istaġun tal-Milan reġa beda l-bieraħ f'Milanello. Matul is-sena li ġejja il-Milan se jieħdu sehem f'ħames kompetizzjonijiet li huma l-League, iċ-Champions, il-Coppa Italia, is-Supercoppa Ewropea u l-World Clubs Cup. Wara li s-sena l-oħra l-Milan rebħu ċ-Champions League l-aspettattivi ta' din is-sena huma kbar. Fl-ewwel ġurnata tar-ritiro kien hemm wkoll iż-żjara tal-President Berlusconi.

Il-mixja tal-Milan dan is-sajf se tkun din segwenti:

- Il-Ħadd 29 ta' Lulju f'Lecco: Lecco - Milan (18:00)

- Il-Ġimgħa 3 ta' Awissu f'Moska: Milan - PSV Eindhoven

- Il-Ħadd 5 ta' Awissu f'Moska: Milan - Lokomotiv jew Real Madrid

- Il-Ħamis 9 ta' Awissu f'Siviglia: Betis - Milan (21:00)

- It-Tlieta 14 ta' Awissu f'Milan: Trofeo Tim, ma' Inter u Juventus

- Il-Ġimgħa 17 ta' Awissu f'Milano: Trofeo Berlusconi Milan - Juventus (20.30)