L-istaġun tal-Milan reġa beda l-bieraħ f'Milanello. Matul is-sena li ġejja il-Milan se jieħdu sehem f'ħames kompetizzjonijiet li huma l-League, iċ-Champions, il-Coppa Italia, is-Supercoppa Ewropea u l-World Clubs Cup. Wara li s-sena l-oħra l-Milan rebħu ċ-Champions League l-aspettattivi ta' din is-sena huma kbar. Fl-ewwel ġurnata tar-ritiro kien hemm wkoll iż-żjara tal-President Berlusconi.Il-mixja tal-Milan dan is-sajf se tkun din segwenti:
- Il-Ħadd 29 ta' Lulju f'Lecco: Lecco - Milan (18:00)
- Il-Ġimgħa 3 ta' Awissu f'Moska: Milan - PSV Eindhoven
- Il-Ħadd 5 ta' Awissu f'Moska: Milan - Lokomotiv jew Real Madrid
- Il-Ħamis 9 ta' Awissu f'Siviglia: Betis - Milan (21:00)
- It-Tlieta 14 ta' Awissu f'Milan: Trofeo Tim, ma' Inter u Juventus
- Il-Ġimgħa 17 ta' Awissu f'Milano: Trofeo Berlusconi Milan - Juventus (20.30)

No comments:
Post a Comment