Fit-tielet logħba ta' ħbiberija Milan iltaqaw ma' Lokomotiv Moskow fil-logħba għat-tielet post tar-Railway Cup. Din il-logħba ma tantx bdiet tajjeb ħafna għall-Milan għax fis-17-il minuta Simic skurja fix-xibka tiegħu stess u poġġa l-Milan fl-iżvantaġġ. Wara fit-22 minuta kien Kakà li reġa poġġa lill-Milan fil-logħba billi skurjaw l-ewwel gowl għall-Milan. Fil-25 minuta skurja Ivanovic u fit-42 minuta skurja Odemwingie għal-Lokomotiv u b'hekk il-Milan daħlu jistrieħu bir-riżultat 1-3 minn taħt. Fit-tieni taqsima r-ritmu tal-logħba kien wieħed nieqes ħafna u l-azzjonijiet kienu ftit. Fil-85 minuta Bonera salva lill-Milan li jaqalaw ir-raba' gowl meta qala' l-ballun minn fuq il-linja. Wara fis-87' minuta Seedorf skurja għall-Milan u warajh fid-90 minuta skurja Brocchi u ġaw ir-riżultat fi draw. Permezz ta' hekk it-timijiet marru għall-għoti tal-penalties. Din id-darba l-Milan marru tajjeb għax rebħu 4-3 fejn skurjaw Oddo, Jankulovski, Pirlo, Nesta u Brocchi.SKURJAW: 17' Simic (a.g.) , 22' Kakà, 25' Ivanovic, 42' Odemwingie, 87' Seedorf, 90' Brocchi
MILAN: Kalac (Dida 34'); Cafu; Bonera; Simic (Nesta 67'); Favalli; Gattuso (Pirlo 67'); Brocchi; Gourcuff; Serginho (Jankulovski 46'); Kakà (Seedorf 46'); Aubameyang (Oddo 67')
LOKOMOTIV MOSKOW: Pelizzoli; Spaic (Efimov 70'); Ivanovic; Asatiani; Yanbaev; Gurenk; Samedov (Maminov 57'); Bilyaletdinov; Odemwingie (Korchagin 89'); Sychev (Draman 78'), Traore (Kontsedalov 72')
PENALTIES: Maminov gowl, Oddo gowl, Korchagin gowl, Jankulovski gowl, Ivanovic gowl, Pirlo gowl, Kontsadelov milqugħ, Nesta gowl, Asatiani gowl, Brocchi gowl.

No comments:
Post a Comment