31.8.07

Miet Antonio Puerta

Il-plejer tas-Siviglia, Antoni Puerta, miet nhar it-Tlieta 28 ta' Awissu wara li nhar is-Sibt waqt il-logħba kontra Getafe tah ħass ħażin. Min-nhar is-Sibt kien fl-ITU u l-kundizzjonijiet tiegħu marru lura fl-aħħar siegħat.

Il-Milan, mill-President, l'Amministratur Delegat, l-Istaff, it-tip u dipendenti kif ukoll is-supporters ta' Milan jibku lil din it-telfa u jingħaqdu mas-Siviglia u mal-familja tal-plejer.

Il-Milan kien dispost li ma jilgħabx is-Super Coppa Europea kontra s-Siviglia ta' llum. Imma t-tim ta' Siviglia ried jilgħab b'rispett lejn il-plejer. Il-Milan ħabbru li isem Puerte se jkun fuq wara tal-gear ta' Milan waqt il-logħba ta' llum.

No comments: