15.8.07

MILAN-JUVENTUS 1-0 (Trofeo Tim)

Fit-2 logħba tat-Trofeo Tim l-Milan lagħbu kontra l-Juventus wara li fl-ewwel logħba l-Juve tilfu bil-penalities kontra l-Inter. Fil-45 minuta ta' logħob Milan u Juve kellhom diversi okkażjonijiet ta' gowls. Dida salva daqqa ta ras ta' Nedved kif wkoll wara ġie mħassar gowl ta' Palladino li iffawlja lil Oddo. Fis-26 minuta Gattuso ta pass żmarkanti lil Gilardino li waħdu quddiem Buffon ma falliex li jiskurja. Wara dan il-gowl il-Milan ippruvaw jirduppjaw permezz ta' Kakà fejn Buffon salva gowl. Il-logħba spiċċat wieħed b'xejn favur Milan. Dawn it-timijiet se jerġgħu jiltaqaw nhar il-Ġimgħa fil-Coppa Berlusconi.

MILAN-JUVENTUS 1-0

SKURJA: 26' Gilardino

MILAN: Dida; Oddo, Bonera, Kaladze, Serginho; Gattuso, Brocchi, Ambrosini; Seedorf, Kakà; Gilardino

JUVENTUS: Buffon; Grygera, Andrade, Criscito, Molinaro; Nocerino, Almiron, C. Zanetti (30' Iaquinta), Nedved (30' Olivera); Trezeguet, Palladino

REFERI: Gervasoni di Mantova

No comments: