Fit-tielet logħba tat-Trofeo Tim it-tim tal-Milan iltaqa' kontra l-kuġini Inter. Fil-formazzjoni Milanista Ancelotti ħalla biss 2 plejers li lagħba fl-ewwel logħba kontra l-Juventus li kienu Gattuso u Seedorf. Xutt Gourcuff kien l-ewwel xutt deviat mill-gowler ta' Inter Orlandoni fil-lasta ta' Inter. Wara l-Inter ipprovaw permezz ta' Crespo. Il-Milan komplew jippruvaw u jinsistu fl-attakkti tagħhom fejn daqqa ta' ras ta' Pippogol kienet salvata minn Orlandoni kif wkoll wara xutt b'saħħtu ta' Gourcuff laqat il-lasta. Fuq kontrattakk ta' Inter kien Recoba li sab ix-xibka. Il-Milan komplew jippruvaw jiskurjaw pero ma rnexxilhomx. B'hekk Milan spiċċaw it-tieni fit-Trofeo Tim bi 3 punti fejn Inter kellhom 5 punti u Juventus punt.
MILAN-INTER 0-1SKURJA: 28' Recoba
MILAN: Kalac; Cafu, Nesta, Simic, Favalli; Gattuso (28' Ambrosini), Pirlo, Gourcuff; Aubameyang, Seedorf (35' Gilardino); Inzaghi
INTER: Orlandoni (21' Toldo); Maicon, Rivas, Cordoba, Cesar (31' Fatic); J. Zanetti (31' Filkor ), Burdisso (25' Bolzoni), Cambiasso (31' Jimenez; Solari (17' Recoba); Crespo, Cruz (15' Balotelli)
REFERI: Damato di Barletta.

No comments:
Post a Comment