Fl-aħħar logħba ta' ħbiberija qabel jibda l-logħob uffiċjal il-Milan rebħu għat-tielet darba konsekuttiva it-Tazza Berlusconi. Ewwel ċansijiet li kien hemm kienu min-naħa ta' Nedved u Del Piero. Il-Milan ippruva jirrispondu bil-crosses ta' Oddo li ġew mtjara mid-difiża Juventina. Wara nofs siegħa logħob il-Milan bdew iżidu fl-intensita tal-logħob. F'azzjoni li bdiet minn Favalli u wara qassam lil Ambrosini, dan ta cross tajjeb lill-Inzaghi li b'daqqa ta' ras tefa' l-ballun fix-xibka. B'hekk ir-riżultat sar Milan wieħed, Juventus xejn u ir-riżultat baqa' hekk sa tmiem l-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima daħlu Cafu, Serginho e Brocchi minflok Oddo, Favalli u Gattuso. Malli bdiet il-logħba il-Milan reġgħu skurjaw permezz ta' Inzaghi. Minn korner ta' Seedorf, Criscito kemm imiss il-ballun li jtawwal it-traettorja tiegħu li jgħin lill-Inzaghi biex jerġa' jiskurja fix-xibka tal-Juventus. Dida wettaq diversi saves wara xuttijiet minn plejers tal-Juventus. B'hekk il-logħba spiċċat bi skor ta' tnejn b'xejn b'doppjetta ta' Inzaghi. Wara l-logħba saret il-premjazzjoni tat-Tazza Berlusconi lill-captian ta' Milan, Ambrosini.Issa wara jumejn ta' mistrieħ il-plejers ta' Milan jerġgħu jkompli t-taħriġ tagħhom bi preparazzjoni għall-ewwel logħba tal-kampjonat kontra Genoa u għas-Supercoppa kontra s-Sivigilia.
MILAN-JUVENTUS 2-0
SKURJAW: 43', 46' Inzaghi
MILAN: Dida; Oddo (46' Cafu), Nesta (67'Bonera), Kaladze (88' Digao), Favalli (46' Serginho); Gattuso (46' Brocchi), Pirlo, Ambrosini; Seedorf; Gilardino, Inzaghi (58' Gourcuff).
JUVENTUS: Buffon; Grygera, Andrade, Criscito, Molinaro; Salihamidzic (67' Olivera), Nocerino, Almiron (46' Tiago), Nedved; Iaquinta (46' Palladino), Del Piero.
REFERI: Banti.

No comments:
Post a Comment