31.7.07

Ippreżentat il-flokk il-ġdid tal-Milan

Fir-ristorant ta' Milan "Da Giannino" ġie ppreżentat il-flokk il-ġdid tal-Milan għall-istaġun 2007/2008. F'konferenza stampa kienu preżenti l-Amministratur Delegat ta' Milan, Adriano Gallinao u id-Direttur tal-Marketing ta' l-Adidas Italia, Winand Krawinkel.

L-istil tal-flokk il-ġdid huwa ispirat mit-tradizzjoni: l-istrixxi ħomor u suwed se jkunu iżgħar minn dawk tas-sena l-oħra, l-istil tal-flokkijiet użati fis-snin 80. Fuq l-għonq fuq wara se jkun hemm rikamat "AC Milan". Dettal ieħor huwa il-"Winner Badge" u l-patch tas-7 Champions Leagues fuq il-kmiem.

Apparti il-"Winner Badge" u l-patch il-Milan se jkunu jistgħu jilgħabu bil-ballun Adidas Finale Athens, il-ballun li ntuża fil-finali taċ-Champions League.

No comments: