It-tim tal-Milan lagħab il-logħba ta' ħbiberija li kien imissu kontra l-Betis Siviglia f'għeluq iċ-ċentinarju tagħhom fl-istadju Manuel Ruiz de Lopera. Fl-ewwel taqsima bdew tajjeb ħafna l-Betis pero wara ħames minuti il-Milan bdew ikunu konsisteni fl-attakki tagħhom. Il-plejers tal-Milan attakkaw tajjeb pero ma rnexxilhomx isibu x-xibka apparti gowl ta' Gilardino li kien imħassar minħabba li kien offside. L-ewwel taqsima spiċċat fi draw ta' mingħajr gowls.Fit-tieni taqsima Ancelotti ddeċieda li jbiddel id-difiża. Wara li bdiet it-tieni taqsima wara 2 minuti Storari ħareġ fuq Sobis u kkommetta fowl fil-kaxxa u r-referi ma kellux għażla ħlief li jagħti penalti. Il-penalti tah Mark Gonzalez li mill-11-il metru ma falliex. Il-Milan ippruvaw jiskurjaw b'diversi tentattivi pero ma rnexxilhomx u b'hekk tilfu bl-iskor ta' 1-0.
BETIS-MILAN 1-0
SKURJA: M.Gonzalez 47' (pen)
BETIS SIVIGLIA: Ricardo; Ilic, Juanito, Nano, Babic (79' Vega); Rivera, Juande (85' M.Angel); Odonkor (87' Maldonado), Sobis (73' Capi), M.Gonzalez (62' Caffa); Pavone (67' Fernando)
MILAN: Dida (46' Storari); Oddo (46' Cafu), Nesta, Kaladze, Jankulovski (46' Serginho); Gattuso, Pirlo (65' Gourcuff), Ambrosini (65' Brocchi); Seedorf, Kakà; Gilardino (82' Aubameyang)
REFERI: Perez Lasa.

No comments:
Post a Comment