30.11.06

BRESCIA-MILAN 1-2

Fir-ritorn tal-logħba tal-Coppa Italia it-tim ta' Milan lagħab kontra l-Brescia wara li fl-ewwel logħba Milan kienu rebħu 4-2. Il-Milan marru fil-vantaġġ fil-15-il minuta permezz ta' Ricardo Oliviera u wara permezz ta' awto-gowl minn Zoboli fid-19-il minuta. Anki l-Brescia sabu x-xibka f'din il-logħba u dan permezz ta' Marck Hamsyk fl-43 minuta. Issa Milan għaddew għar-rawnd li jmiss tal-Coppa Italia kontra min jerbaħ mil-logħba bejn Livorno u Arezzo.

BRESCIA-MILAN 1-2

SKURJAW: Olivieria fil-15', Zoboli (og) fid-19', Marck Hamsyk fit-43'

BRESCIA: Viviano,Santacroce (Fimucelli fis-67'),Mareco,Zoboli,Hamsyk,Jadid,Stankevicius,Colombo (Cerci fil-55'),Alfageme (Del Nero fid-59'),Possanzini

MILAN: Kalac, Bonera, Simic, Kaladze (Darmian fl-46'), Antonelli (Gilardino fit-63'), Brocchi, Prilo, Jankulovski, Gourcuff, Oliviera, Boriello (Bottini fis-77')

REFERI: Bergonzi

KARTI SOFOR: Boriello

MILAN-MESSINA 1-0

Fil-ħdax-il logħba tal-league Taljan il-Milan sabu r-rebħa kontra t-tim ta' Messina. Dan il-gowl wasal mill-captain tat-tim ta' Milan, Paolo Maldini li sab ix-xibka fit-13-il minuta b'daqqa ta' ras wara freekick ta' Pirlo. Il-Milan kellhom diversi okkażjonijiet oħra biex isibu x-xibka pero kien dak il-gowl biss li rnexxilhom. Din kienet l-ewwel rebħa għal Milan wara erba' telfiet u draw fil-league u c-Champions. Issa Milan jinsabu fil-15-il post bi 11-il punt.

MILAN-MESSINA 1-0

SKURJAW: Maldini fil-13'

MILAN: Kalac; Bonera (Nesta fis-70'), Simic, Maldini, Jankulovski; Brocchi, Pirlo, Gourcuff; Kakà; Inzaghi (Seedorf fit-72'), Gilardino (Borriello fis-87')

MESSINA: Storari; Zoro, Iuliano, Rea, Parisi; Lavecchia (Alvarez fit-52' ), De Vezze, Cordova, Coppola (Floccari fl-64' ), Masiello; Riganò (Di Napoli fl-74')

REFERI: Gava

KARTI SOFOR: Iuliano, De Vezze, Lavecchia, Zoro, Di Napoli

23.11.06

AEK ATHENS-MILAN 1-0

Il-Milan komplew il-mixja tagħhom fiċ-Champions League permezz ta' telfa kontra l-AEK Athens pero din it-telfa fissret ukoll li l-Milan għaddew għat-tieni rawnd tal-kompetizzjoni. Dan minħabba li Lens u Anderlecht ġew draw il-bieraħ u b'hekk il-Milan ma jistgħux jiġu milħuqa mit-timijiet ta' dan il-grupp. F'din il-logħba il-Milan ippruvaw iwasslu l-attakki tagħhom fix-xibka ta' l-avversarji pero ma rnexxilhom. Il-Milan komplew jaraw it-tim tagħhom jaqa' biċċiet wara li f'din il-logħba weġġa wkoll il-gowlkiper Dida li għandu bejn xahrejn u tliet xhur barra.

AEK ATHENS-MILAN 1-0

SKURJAW:32' Julio Cesar

AEK ATHENS: Sorrentino; Cirillo, Dellas, Papastathopoulos, Tziortziopoulos (Moras fis-78'); Emerson, Zikos, Tozser (Kyriakidis fis-66'); Manduca; Liberoupoulos, Julio Cesar (Hetemaj fis-86')

MILAN: Dida (Kalac fis-78'); Brocchi, Costacurta (Jankulovski fis-46'), Maldini, Bonera; Gourcuff, Pirlo, Seedorf; Kakà; Ricardo Oliveira (Borriello fis-70'), Inzaghi.
REFERI: BRAAMHAAR (OLA)

KARTI SOFOR: Tziortziopoulos S. (Aek), Oliveira R. (Mil). Tozser D. (Aek), Seedorf (M)

EMPOLI-MILAN 0-0

Fit-tnax-il-logħba tal-kampjonat it-tim ta' Milan iggwadana fuq wara draw kontra Empoli. F'din il-logħba kien hemm xi azzjonijiet interessanti fejn Ricardo Oliviera laqat il-lasta għall-Milan. Permezz ta' din il-logħba il-Milan komplew imorru ħażin dan l-istaġun fejn f'dawn l-aħħar logħbiet għadu ma jistax isib rebħa.

EMPOLI-MILAN 0-0

EMPOLI: Balli; Raggi, Marzoratti (Adani fis-68'), Vanigli, Lucchini; Marianini, Moro; Buscè, Vannucchi, Matteini (Ficini fil-81'); Saudati (Pozzi fis-67')

MILAN: Dida; Cafu, Costacurta, Maldini, Jankulovski; Brocchi, Pirlo (Gourcuff fid-69'), Seedorf; Kakà; Ricardo Oliveira (Borriello fit-78'), Gilardino (Inzaghi fid-59')

REFERI: Tagliavento di Terni

KARTI SOFOR: Costacurta, Pirlo, Moro, Brocchi, Balli

MILAN-ROMA 1-2

Fil-ħdax il-logħba tagħhom il-Milan tilfu it-tielet logħba konsekuttiv fil-kampjonat Taljan din id-darba kontra Roma. Kien it-tim ta' Roma li mar fil-vantaġġ fis-7 minuta permezz ta' Totti. Il-Milan għamlu r-reazzjoni tagħhom u kien Brocchi li fis-56 minuta sab ix-xibka minn xutt minn barra il-kaxxa. Pero Roma kinux kuntenti bi draw u sabu x-xibka darb'oħra permezz ta' Totti.

MILAN-ROMA 1-2

SKURJAW: Totti fis-7', Brocchi fis-56', Totti fit-83'


MILAN: Dida; Simic, Nesta, Maldini, Jankulovski; Brocchi, Pirlo, Seedorf; Kakà; Gilardino (Inzaghi fit-63'), Oliveira (Borriello fis-76')

ROMA: Doni; Panucci, Mexes (Ferrari fis-77'), Chivu, Tonetto; Pizarro, De Rossi; Taddei, Perrotta (Aquilani fis-62'), Mancini (Cassetti fis-87'); Totti.

REFERI: Messina

KARTI SOFOR: De Rossi, Oliveira, Brocchi, Mancini, Pizarro

11.11.06

MILAN-BRESCIA 4-2

Il-Milan bdew ukoll l-istaġun tal-Coppa Italia kontra t-tim ta' Brescia. Din il-logħba kellha żewġt uċuħ għall-Milan dan minħabba li fl-ewwel taqsima il-Milan kienu qed jitilfu 2-0 wara gowls minn Alfageme u Serafini għall-Brescia wara żewġ papri minn Kalac. Pero imbagħad fit-tieni taqsima il-Milan bidlu l-wiċċ tal-logħba u skurjaw 4 gowls permezz ta' Brocchi, Inzaghi u Borriello darbtejn. Dan ir-riżultat huwa wieħed pożittiva pero kienu jkunu ftit min-nies li jaħsbu li l-Milan kienu se jerbħu din il-logħba wara li kienu 2-0 minn taħt. Prosit Milan tar-rimonta li għamiltu.

MILAN-BRESCIA 4-2


SKURJAW: Alfageme fis-37', Serafini fit-43', Boriello fis-60', Brocchi fl-64' , Inzaghi fit-78', Borriello fis-86'


MILAN: Kalac, Cafu, Bonera, Costacurta, Favalli (Simic fis-46'), Lunati (Antonelli fis-46'), Brocchi, Gourcuff, Seedorf, Borriello, R.Oliveira (Inzaghi fid-59')


BRESCIA: Viviano, Zambelli (Dallamano fil-71'), Stankevicius, Zoboli, Cortellini, Hamsik, Zambrella (Piangerelli fil-55'), Cerci, Serafini, Del Nero, Alfageme (Maccan fis-75')


REFERI: Mazzoleni

6.11.06

ATALANTA-MILAN 2-0

Fl-għaxar logħba tal-league Taljan il-Milan ġarrbu it-tieni telfa konsekuttiva kontra Atalanta. It-tim ta' Milan matul din il-logħba ġie mċaħħad minn penalti fuq Bonera u kif ukoll gowl jew penalti minn Gourcuff. Il-Milan ma lagħbux xi logħba tajba ħafna pero kienu l-Atalanta li sabu żewġ gowls wieħed minn Ventola fil-50 minuta u wieħed minn Soncin fil-ħin miżjud. Matul din il-logħba il-Milan spiċċaw ukoll bi plejer inqas wara li Gattuso weġġa u Ancelotti kien diġa għamel it-tliet sostituzzjonijiet. Din il-logħba kienet l-ewwel logħba ta' Gourcuff ma' Milan fil-league. Issa l-Milan għandhom 7 punti u jinsabu fis-16-il post.


ATALANTA-MILAN 2-0


SKURJAW: Ventola fil-50', Soncin fit-92'


ATALANTA: Calderoni; Bellini, Rivalta, Talamonti, Ariatti; F. Pinto, Bernardini (Tissone fit-13'), Migliaccio, Donati; Doni (Bombardini fil-81'), Ventola (Soncin fl-74')


MILAN: Dida; Bonera (Cafu fis-70'), Simic, Maldini, Jankulovski; Gattuso, Pirlo, Gourcouff (Seedorf fis-56'); Kakà; F. Inzaghi (Oliveira fis-70'), Giardino


REFERI: Pieri


KARTI SOFOR: Simic, Gourcuff, Donati

2.11.06

MILAN-ANDERLECHT 4-1

Fir-raba' logħba ta' Grupp H il-Milan rebħu kontra t-tim ta' Anderlecht bl-iskor ta' 4-1. Il-Milan lagħbu tajjeb f'din il-logħba u fetħu l-iskor kmieni permezz ta' Kaka' minn penalti wara li Gilardino ġie mwaqqa fil-kaxxa. Fit-22 u fis-56 minuta Kaka' sab żewġ gowls fejn l-aħħar wieħed kien spettakolari. Fil-61 minuta l-Anderlecht sabu gowl u dan ħawwad ftit lill-Milan pero kien Gilardino li qatgħa qalb il-Belġjan fejn sab l-ewwel gowl tiegħu fiċ-Champions League ma' Milan.

MILAN-ANDERLECHT 4-1

SKURJAW: 6'Kakà (pen), 22' Kaka, 56' Kaka, 61' Juhasz, 88' Gilardino

MILAN: Dida,Simic, Nesta (19' pt Cafù), Maldini, Jankulovski, Gourcuff (21' st Gattuso), Brocchi, Seedorf, Kakà, Oliveira (27' st Pirlo ), Gilardino.

ANDERLECHT:Zitka, Deschacht, Juhasz, De Man, Vanden Borre (40' st Legear), Vanderhaeghe (40' pt Akin Serhat), Biglia, Boussoufa (35' st Mpenza), Hassan, Goor, Tchitè

REFERI: Fandel (Ger).

KARTI SOFOR: Biglia, Gattuso, Hassan,Gilardino