28.9.06

Gattuso 300 logħba ma' Milan

300 logħba uffiċjal bil-flokk tal-Milan, 300 darba jiġru 'l fuq u 'l isfel fil-grawnd, jirbaħ blalen fuq blalen, jmexxi lil sħabu u lill-pubbliku f'kull logħba, biex jagħti l-aħjar. Dan hu r-ritratt ta' Rino Gattuso li ċċelebra f'okkazjoni speċjali bħal din, fl-Ewropa, fit-tieni logħba tal-grupp fiċ-Champions League kontra l-Lille... fejn kien beda l-mixja tiegħu mal-Milan fil-15 ta' Settembru 1999, kontra Chelsea.

Mal-medda taż-żmien, in-numru 8 rossonero (magħżul minnu stess mhux b'kumbinazzjoni, minħabba li dan in-numru jfisser l-infinit), sar iktar tekniku. Qatt violenti, qatt ma għamel daħliet fuq l-avversarju biex iweġġgħu, imma dejjem deċiż u determinat li jerbaħ il-blalen u li jasal dejjem qabel l-avversarju. Matul dan iż-żmien li kien ma' Milan, fejn rebaħ id-dritt li jilgħab man-nazzjonal, rebaħ diversi tazzi mal-Milan.

206 preżenza fil-kampjonat, 76 fil-kompetizzjoni Ewropej u 18 fil-Coppa Italia Tim


Il-gowls tiegħu, anki jekk huma ftit, qatt ma kienu għalxejn: l-ewwel wieħed skurjah, fl-ewwel sena tiegħu, kien xutt minn barra l-kaxxa; it-tieni wieħed f'Perugia, wara li qabeż diversi plejers, skurja l-gowl li ġab id-drow; it-tlieta l-oħrajn kien kollha fi staġun wieħed: dak tas-sena l-oħra. Mal-Palermo b'xutt mill-limita tal-kaxxa, it-tieni ma' Fiorentina u t-tielet mal-Messina. L-unika gowl fiċ-Champiosn League, kien f'San Siro fis-sena 2003/04 kontra l-iSparta Praga.

Fil-karriera tiegħu Gattuso rebaħ:
  • TAZZA TA TAD-DINJA 2006
  • KAMPJONAT (2003/2004)
  • CHAMPIONS LEAGUE (2002/2003)
  • SUPERCOPPA EUROPEA (2003/2004)
  • COPPA ITALIA (2002/2003)
  • SUPERCOPPA DI LEGA (2004/2005)

27.9.06

LILLE-MILAN 0-0

Fit-tieni logħba taċ-Champions League kontra l-Lille ġo Lens il-Milan spiċċaw fi drow ta' 0-0. Il-Milan kellhom diversi ċansijiet pero l-ebda wieħed minnhom ma' daħal fil-lasta. Wieħed biss daħal fil-lasta pero dan il-gowl ta' Seedorf ġie mħassar mir-referi għax skond hu Seedorf kien f'pożizzjoni irregolari meta ingħata l-ballun. Anki jekk din hi t-tieni logħba li l-Milan ġew drow ta' mingħajr gowl, il-Milan ipproduċew diversi azzjonijiet tajbin u dan juri tajjeb għal-logħob li jmiss. Din il-logħba ta' llum kien it-300 logħba li Gattuso lagħab ma' Milan


LILLE-MILAN 0-0

MILAN: Dida; Cafu, Nesta, Kaladze, Jankulovski; Gattuso, Pirlo, Ambrosini; Kakà, Seedorf; Gilardino (Inzaghi fis-76').

LILLES: Sylva; Chalme, Plestan, Tavlaridis (Rafael fit-85'), Vitakic; Keita, Bodmer, Makou, Tafforeau; Fauvergue (Cabaye fis-62'); Odemwingie.

REFERI: Mejuto Gonzales (SPA)

KARTI SOFOR: Jankulovski, Cabaye

25.9.06

L-imsejħa għal-logħba ta' għada kontra Lille Losc

L-imsejħa għal-logħba ta' għada kontra Lille Losc huma:

GOWLERS: Dida, Fiori, Kalac.

DIFENSURI: Cafu, Costacurta, Kaladze, Nesta, Jankulovski, Favalli, Bonera, Simic.

MIDFIELDERS: Gattuso, Seedorf, Gourcuff, Pirlo, Kakà, Ambrosini, Brocchi.

ATTAKKANTI:Borriello, Gilardino, Inzaghi, Ricardo Oliveira.

LIVORNO-MILAN 0-0

Fir-raba' logħba tal-league Taljan il-Milan tilfu lejn żewġ punti kontra l-Livorno. Il-logħba kienet bilanċjata sew fejn il-Livorno għalqu l-ispazji kollha biex ma ħallewx il-Milan jersqu lejn il-lasti tagħhom. L-uniċi ċansijiet li kellhom il-Milan kienu permezz ta' Oliviera u Inzaghi. Issa l-Milan għandhom 2 punti u jinsabu fl-14-il post.


LIVORNO-MILAN 0-0

LIVORNO: Amelia; Grandoni, Rezaei, Galante; Balleri (Pavan fit-92') , Morrone, Passoni, A.Filippni, Pfertzel; Vigiani, C.Lucarelli ( Bakayoko fis-56').

Milan:Dida; Bonera, Nesta, Maldini (Kaladze fil-5'), Favalli (Jankulovski fis-64'); Gattuso (Pirlo fid-69'), Ambrosini, Seedorf; Kakà; Inzaghi, Oliveira.

REFERI: Ayroldi.

KARTI SOFOR: Nesta, Passoni, Balleri, Ambrosini, Bonera.

22.9.06

MILAN-ASCOLI 1-0

Fit-tielet logħba tal-league il-Milan komplew mixjin b'riżultat pożittiv ieħor. Din id-darba il-Milan rebħu 1-0 kontra Ascoli. Iż-żewġ naħat kellhom diversi azzjonijiet tajbin pero kien biss Jankulovski li jirnexxilu jdaħħal il-ballun fix-xibka għall-Milan. Din il-logħba kienet il-100 logħba ta' Pippo Inzaghi u l-200 logħba ta' Dida mal-Milan.


MILAN-ASCOLI 1-0

SKURJAW: Jankulovski fit-68'

MILAN: Dida; Cafu, Simic, Maldini, Jankulovski; Brocchi (Seedorf fil-61'), Pirlo, Gourcuff (Gattuso fit-82'); Kakà; Borriello (Ambrosini fis-60'), Inzaghi

ASCOLI: Pagliuca; Nastase, Pecorari, Cudini, Lukovic; Giampà (Perrulli fit-73' ), P. Zanetti, Boudianski, Fini (Galloppa fil-65' ); Skela (Delvecchio fis-77' ), Bjelanovic

REFERI: Dondarini

KARTI SOFOR: Nastase, Delvecchio

20.9.06

San Siro jagħlaq 80 sena

Tmenin sena ilu ġie inawgurat il-grawnd ta' San Siro, li riedu tant il-President tal-Milan Piero Pirelli. L-ewwel impjant kien grawnd tipiku Ingliż b'erba' tribuni ta' 35 elf persuna. L-ewwel partita tal-league li ntlagħbet hemm kienet fis-6 ta' Ottubru meta l-Milan rebħu lil Sampierdarenese 1-2. Sa l-1945 San Siro kien biss tal-Milan għax l-Inter kienu jilgħabu fl-Arena Napoleonica. Fl-1935 il-Milan biegħu l-istadium lill-Kunsill Lokali li wara ddeċidew li jkabbruh. L-ewwel xogħol li sar kien fl-1952 fejn l-gwand kien sar jesa' 100 elf post Fix-xogħol li sar fl-1954 li tlesta fis-26 t'Ottubru 1955, li istadium kien estiz jesa' 85,000 post. L-aħħar xogħlijiet li saru fuq San Siro saru għat-Tazza tad-Dinja ta' l-1990 fejn il-grawnd issa jesa' 85,700 ruħ.

18.9.06

PARMA-MILAN 0-2

Fit-tieni logħba tal-league Taljan il-Milan komplew il-mixja pożittiva tagħhom wara r-rebħa ta' 2-0 fuq il-tim tal-Parma. L-ewwel gowl tal-Milan wasal minn freekick dirett ta' Seedorf fis-26 minuta. Fl-40 minuta Gilardino kellu jħalli l-grawnd minħabba daqqa ta' ras li qala' huwa u jaqbeż għall-ballun fil-kaxxa tal-Parma. It-tieni gowl wasal minn Kaka' minn penalti fis-86 minuta. Dan il-penalti ġie mogħti wara li l-gowler ta' Parma. De Lucia, waqqa' lil Kaka' fil-kaxxa wara pass tajjeb ta' 40 metru minn Pirlo. Issa l-Milan għandhom -2 punti u jinsabu fis-17-il post.

PARMA-MILAN 0-2

SKURJAW: 26' Seedorf (M), 86' Kaka (M) pen.

PARMA: De Lucia; Coly, Paci (Dessena fit-83), Contini, Castellini; Grella, Ciaramitaro; Pisanu (Kutuzov fl-64'), Morfeo, Gasbarroni; Budan

MILAN: Dida; Bonera, Simic, Costacurta (Kaladze fid-19'), Jankulovski; Gattuso (Brocchi fit-72'), Pirlo, Ambrosini; Seedorf; Ricardo Oliveira, Gilardino (Kaka' fl-40')

REFERI: Trefoloni

KARTI SOFOR: Oliveira R., Bonera D., Paci M., Dida N., De Lucia A.

MILAN-AEK ATHENS 3-0

Il-Milan bdew il-mixja tagħhom fiċ-Champions League nhar l-Erbgħa kontra l-AEK Athens. Din il-logħba spiċċat bir-riżultat ta' 3-0 għall-Milan. Il-logħba nistgħu ngħidu li kienet kważi dejjem f'idejn il-Milan. Fejn il-Milan kellhom diversi ċansijiet biex jiskurjaw. Fis-17-il minuta Inzaghi reġa sab ix-xibka b'daqqa ta' ras minn kross tajjeb ta' Maldini, dan ifisser li s'issa skurja f'kull logħba li lagħab. Wara fil-41 minuta Gocuff skurja gowl ieħor bir-ras wara kross minn Kaka. Għal dan il-plejer huwa l-ewwel gowl għalih ma' Milan fl-ewwel logħba tiegħu. It-tielet gowl tal-Milan wasal minn penalti li skurja Kaka wara li Inzaghi ġie mwaqqa fil-kaxxa. Permezz ta' din ir-rebħa il-Milan jinsabu fl-ewwel post ta' Grupp H bi 3 punti wara li ż-żewġ timijet l-oħra tal-grupp Anderlecth u Lille spiċċaw fi draw ta' 1-1.


MILAN-AEK ATHENS 3-0

SKURJAW: Inzaghi fis-17', Gourcuff fil-41', Kaka fis-76' (pen)

MILAN: Dida; Cafu, Simic, Maldini, Favalli (Jankulovski fit-78'); Gattuso, Brocchi (Ambrosini fl-74'), Gourcuff; Kakà; Inzaghi, Ricardo Oliveira (Seedorf fis-70').

AEK Athens: Sorrentino; Pautasso, Dellas (Ivic fil-55'), Cirillo, Tziortziopoulos; Emerson (Tozser fis-70' ), Ivic; Kapetanos (Lagos fis-46'), Lyberopoulos, Julio Cezar; Delibasic

REFERI: Riley (ING)

KARTI SOFOR: Maldini, Cirillo, Moras

12.9.06

L-imsejħa għal-logħba ta' għada kontra l-AEK Athens

L-imsejħa għal-logħba ta' għada tal-Milan kontra l-AEK Athens huma:

GOWLERS: Dida, Kalac, Fiori

DIFENSURI: Paolo Maldini; Bonera, Cafu, Costacurta, Favalli, Jankulovski, Nesta, Simic

MIDFIELDERS: Ambrosini, Brocchi, Gattuso, Gourcuff, Kakà, Pirlo, Seedorf, Serginho

ATTAKKANTI: Borriello, Gilardino, Inzaghi e Ricardo Oliveira

11.9.06

MILAN-LAZIO 2-1

Fl-ewwel logħba tal-league Taljan il-Milan lagħbu kontra l-Lazio u rebħu 2-1. Il-logħba nistgħu ngħidu li baqgħet emozzjonanti sa l-aħħar. Iż-żewġ timijiet kellhom ċansijiet tajbin. Il-Milan bdew tajjeb il-logħba fejn tellgħu diversi attakki pero mbagħad il-Lazio ħarġu sew u kellhom diversi azzjonijiet perikolużi. Matul dawn l-attakki tal-Lazio il-Milan sabu x-xibka permezz ta' Inzaghi fis-27 minuta, fejn minn pass tajjeb ta' Kaka irnexxilu jsib ix-xibka. Fit-tieni taqsima il-Milan komplew jattakkaw u fit-62 minuta daħal wieħed mill-akkwista ta' Milan dan l-istaġun, Ricardo Oliviera. Dan impressjona ħafna nistgħu ngħidu fejn daqs 8 minuti wara li daħal sab ix-xibka. Oliviera għamel żewġ azzjonijiet perikolużi fejn kienet il-bravura ta' Peruzzi li salva x-xibka tal-Lazio. Wara l-gowl ta' Oliviera wasal ukoll il-gowl tal-Lazio permezz ta' Makinwa. Il-Lazio komplew jemmnu li setgħu iġibu r-riżultat tad-draw pero il-Milan żammew sa l-aħħar ir-riżultat. Issa l-Milan għandu -5 punti u jinsab fis-17-il post.

MILAN-LAZIO 2-1

SKURJAW: Inzaghi fis-27'; Oliveira fis-70', Makinwa fis-73'

MILAN: Dida, Cafu, Nesta, Maldini, Serginho (fis-76' Favalli), Brocchi, Pirlo, Seedorf, Kakà, Gilardino (fis-62' st Oliveira), Inzaghi (fis-77' Ambrosini).

LAZIO: Peruzzi, Oddo, Siviglia, Cribari, Zauri, Foggia (fit-53' Mutarelli), Mudingayi (fis-76' Manfredini), Ledesma, Mauri, Rocchi, Pandev (fis-46' Makinwa).

REFERI: Bertini di Arezzo.

KARTI SOFOR: Mudingayi, Cafu, Ledesma, Cribari, Maldini, Inzaghi

3.9.06

Il-Plejers li jistgħu jilgħabu fiċ-Champions

Il-Plejers Milanisti li jistgħu jilgħabu fiċ-Champions League ta' din is-Sena huma:

1 - Dida
2 - Cafu
3 - Maldini
4 - Kaladze
5 - Costacurta
7 - Ricardo Oliveira
8 - Gattuso
9 - Inzaghi
10 - Seedorf
11 - Gilardino
13 - Nesta
15 - Borriello
16 - Kalac
17 - Simic
18 - Jankulovski
19 - Favalli
20 - Gourcuff
21 - Pirlo
22 - Kakà
23 - Ambrosini
25 - Bonera
27 - Serginho
29 - Fiori
32 - Brocchi