31.10.06

MILAN-INTER 3-4

Fid-disa' logħba ta' l-istagun il-Milan lagħbu kontra r-rival ta' l-istess belt, l-Inter. Din il-logħba kienet waħda spettakolari u spiċċat bit-telfa tal-Milan bl-iskor ta' 3 b'4. Kienu l-Inter li marru fil-vantaġġ 3-0 minn fuq permezz ta' Crespo, Stankovic u Ibrahimovicwara 50 minuta pero Seedorf naqqas id-distakk għall-Milan tliet minuti wara. Materazzi reġa' kabbar l-iskora għall-Inter fit-72' u wara li skurja huwa għolla l-flokk fuq rasu u r-referi wrieh il-karta safra u minħabba li kien diġa qalgħa waħda tkeċċa. Il-Milan ma qatgħux qalbhom u komplew jattakkaw u sabu x-xibka darbtejn permezz ta' Gilardino, fejn dan kien l-ewwel gowl tiegħu f'dan l-istaġun, u permezz ta' Kaka'. Il-Milan komplew jattakkaw sa l-aħħar minuti tal-logħba pero ma rnexxilhomx isibu l-gowl tad-draw. Issa l-Milan għandhom 7 punti u jinsabu fil-15-il post.

MILAN-INTER 3-4

SKURJAW: Crespo fis-17', Stankovic fis-22', Ibrahimovic fil-50', Seedorf fit-53', Materazzi fis-72', Gilardino 79', Kaka' fl-94'

MILAN: Dida, Cafu,Nesta, Kaladze,Jankulovski (Maldini fid-49'), Gattuso, Pirlo, Ambrosini (Oliviera fid-49'), Kaka', Seedorf,Inzaghi (Gilardino fid-49')

INTER: Julio Cesar,Maicon, Cordoba,Materazzi, Grosso (Burdisso fl-64'), Vieira, Dacourt (Figo fl-64'),Zanetti, Stankovic, Crespo, Ibrahimovic (Samuel fis-86')

REFERI: Farina

KARTI SOFOR: Gattuso, Seedorf, Inzaghi, Gilardino, Julio Cesar, Materazzi, Vieira, Dacourt, Burdisso

KARTI ĦOMOR: Materazzi


26.10.06

CHIEVO-MILAN 0-1

Fit-tmien logħba tal-league il-Milan sabu r-rebħa kontra t-tim tal-Chievo permezz ta' gowl ta' Jankulovski. Il-Milan bħas-soltu pproduċew ħafna pero ġew imċaħħda mill-plejers tal-Chievo. Issa l-Milan għandhom 7 punti u jinsabu fit-12-il post.

CHIEVO-MILAN 0-1

SKURJAW: 31' Jankulovski

CHIEVO: Sicignano; Moro, D'Anna, Mandelli, Lanna; Giunti (Tiribocchi fis-46' ); Luciano, Brighi (Zanchetta fid-69'), Marcolini, Kosowski (Semioli fis-46'); Pellissier.

MILAN: Dida, Bonera (Nesta fis-61'), Simic, Kaladze, Jankulovski; Brocchi, Pirlo, Seedorf; Kakà; Gilardino (Borriello fit-78'), Ricardo Oliveira (Gattuso fis-68').

REFERI: Rizzoli

KARTI SOFOR: Luciano, Jankulovski, Simic, Mandelli

23.10.06

MILAN-PALERMO 0-2

Il-Milan tilfu l-ewwel logħba dan l-istagun kontra t-tim ta' Palermo li bħalissa jinsab fil-quċċata tal-klassifika. Il-Milan ippruvaw jattakkaw u jżommu l-attakki tat-tim ta' Palermo pero ma rnexxilhomx għal kollox. Kien biss żewġ gowls ta' Bresciano u Amauri li rnexxilhom jinfdu d-difiża tal-Milan. Il-Milan qed joħolqu diversi azzjonijiet tajbin pero l-problema hija li ma tantx qed isibu x-xibka. Fl-94 minuta Gilardino ra gowl tiegħu mħassar minħabba li mbutta plejer waqt l-azzjoni. Issa l-Milan għandhom 4 punti u jinsabu fl-14-il post.

MILAN-PALERMO 0-2

SKURJAW: 50' Bresciano, 74' Amauri

MILAN: Dida, Cafu, Nesta, Kaladze, Jankulovski (Maldini fis-64'), Gattuso (Brocchi fit-73'), Pirlo, Seedorf (R. Oliviera fit-78'), Kakà, Gilardino, Inzaghi

PALERMO: Fontana, Biava (Capuone fis-77)', Barzagli, Zaccardo, Diana (Tedesco fit-82'), Simplicio, Corini, Guana, Bresciano, Di Michele (Cassani fit-68'), Amauri

KARTI SOFOR: Biava, Gattuso, Corini, Diana

18.10.06

ANDERLECHT-MILAN 0-1

Il-Milan sabu r-rebħa fiċ-Champions League permezz ta' gowl minn barra il-kaxxa ta' Kaka. Din ir-rebħa kienet imporanti ħafna għall-moral tal-plejers tal-Milan li kien għadhom kemm ġejjin minn erba' draws konsekuttivi. Permezz ta' din ir-rebħa l-Milan komplew saħħew l-ewwel pożizzjoni tagħhom fi Grupp H. Issa l-logħba li jmiss fiċ-Champions se tkun kontra l-Anderlecht pero din id-darba f'San Siro

ANDERLECHT-MILAN 0-1

SKURJAW: 58' Kaka

ANDERLECHT: Zitka, Vanden Borre (Legear fl-84'), Juhasz, Deman, Deschacht, Biglia, Vanderhaeghe (Hassan fis-70'), Boussoufa (Sehrat fl-84'), Goor, Tchite, Frutos

MILAN: Dida, Bonera, Nesta, Kaladze, Jankulovski, Gattuso, Pirlo, Kaka`, Seedorf (Brocchi fil-81'), Inzaghi (Gilardino fit-72'), Oliveira (Cafu fil-50')

Referee: Luis Medina Cantalejo (SPA)

KARTI SOFOR: Van den Borre, Kaladze

KARTI ĦOMOR: Bonera

15.10.06

SAMPDORIA-MILAN 1-1

Fis-sitt logħba tal-league Taljan, il-Milan ġew draw ta' 1-1 mas-Sampdoria. Il-Milan sab l-gowl wara tliet logħbiet wara xulxin ma jiskurjawx gowl. Il-Milan marru minn taħt fis-70 minuta pero Kaladze salva wiċċ il-Milan billi skurja l-gowl tad-draw fit-84 minuta. Issa l-Milan għandhom 4 punti u jinsabu fit-13-il post.


SAMPDORIA-MILAN 1-1

SKURJAW: Bonazzoli fid-69', Kaladze fl-84'

SAMPDORIA: Castellazzi; C. Zenoni, Sala, Falcone, Pieri; Delvecchio, Volpi, Palombo, Franceschini (Parola fil-85'); Quagliarella, Bonazzoli

MILAN: Dida; Cafu (Bonera fit-80'), Nesta, Maldini, Jankulovski (Kaladze fis-77') ; Gattuso, Brocchi, Seedorf; Kakà; Inzaghi, Gilardino (Oliveira fil-65')

REFERI: Rosetti

KARTI SOFOR: C. Zenoni, Jankulovski, Kakà, Bonera

6.10.06

MILAN-SIENA 0-0

Fil-ħames logħba tal-league il-Milan ġew draw ta' 0-0 kontra s-Siena. Dan kien it-tielet draw infila għall-Milan wara l-logħob ma' Livorno u Lille. Il-Milan ippruvaw kemm il-darba jiskuraw pero ma rnexxilhom idaħħlu l-ballun fix-xibka. Għat-tieni darba konsekuttiv il-Milan ġew imċaħħda minn gowl regolari ta' Pirlo. Gilardino laqat ukoll lasta għall-Milan. Issa l-Milan għandhom 3 punti u jinsabu fl-14-il post.

MILAN: Dida; Cafu (Ambrosini fit-73'), Nesta, Kaladze, Favalli (Jankulovski fis-46'); Gattuso, Pirlo, Seedorf (Oliveira fit-73'), Kakà, Gilardino, Inzaghi.

SIENA: Manninger; Bertotto, Gastaldello, Rinaudo, Molinaro; Konko, D'Aversa (Brevi fit-88'), Vergassola, Candela (Antonini fit-80'); Locatelli (Bogdani fit-73'), Frick

REFERI: Nicola Stefanini

KARTI SOFOR: Gastaldello, Bertotto, Brevi