29-07-07Fl-istadium 'Rigamonti-Ceppi', l-Milan lagħbu l-ewwel logħba uffiċjali tagħhom kontra l-Lecco. Fl-40 minuta l-Milan għaddew fil-vantagg permezz ta' gowl minn Ronaldo li skurja bil-lemin wara li qassamlu Seedorf. Fl-ewwel 45 minuta il-Milan deher f'forma tajba speċjalment Kakà, Ronaldo u Seedorf.
Fis-56 minuta il-Milan rduppjaw permezz ta' Kaka fuq pass minn Seedorf. Fil-71 minuta kien imiss lil Brocchi li jiskurja minn ballun li ġie għandu wara li l-gowler tal-Lecco irribatta xutt ta' Kaka. Mbagħad kien imiss lil Seedorf li jiskurjaw fis-87 minuta.
Issa l-logħba li jmiss hija kontra l-PSV Eindhoven f'Moska nhar il-Ġimgħa 3 ta' Awissu.
LECCO-MILAN 0-4
SKURJAW: 40'pt Ronaldo, 56' Kakà, 71' Brocchi, 87' Seedorf
LECCO L-ewwel taqsima: Varaldi; Carnesani; Campi (25' Bonfanti); Villagatti; Mussoni; Chianese; Lomi; Corti; Altobelli; Barbieri; Vieri.
LECCO It-tieni taqsima: Varaldi (81' Galbusera); Fusco; Bonfanti (24'st Riva); Villagatti; Paini (72' Martinelli); Cortese (81' Mazzetti); Bottini; Bonacina; Bloudek (81' Carrozza); Romano (69' Danieli); La Cagnina.
MILAN L-ewwel taqsima: Dida; Cafu; Bonera; Kaladze; Serginho; Gattuso; Brocchi; Ambrosini; Seedord; Kakà; Ronaldo.
MILAN It-tieni taqsima: Kalac; Oddo; Nesta; Simic; Jankulovski; Gattuso (72' Caraglia); Pirlo; Brocchi; Seedorf; Kakà; Ronaldo (64' Aubameyang).
REFERI: Emiliano Gallione.

No comments:
Post a Comment