25.8.06

Polza pożittiva għall-Milan fiċ-Champions League

Il-bieraħ ittelgħu l-poloz ta' l-ewwel rawnd taċ-Champions League ta' dan l-istaġun. Nistgħu ngħidu li hemm gruppi nistgħu ngħidu li huma faċli għat-timijiet il-kbar u mbagħad hemm gruppi li huma xi ftit diffiċli. Il-Barcelona ha jerġgħu jiltaqgħu maċ-Chelsea wara li f'dawn l-aħħar żewġ staġun lagħbu kontra xulxin fit-tieni rawnd. Il-Milan ma sabux timijiet daqshekk diffiċli fuq il-karta. Dawn it-timijiet huma: Lilla ta' Franza, AEK Athens tal-Ġreċja u l-Anderlecht tal-Belġju.

Il-Milan qatt ma kellhom logħbiet kontra il-Lilla pero kontra timijiet Franċiżi għandhom bilanċ pożittiv dak ta' 23 logħba, fejn rebħu 11, 5 draw u tilfu 7. F'dawn il-logħbiet il-Milan skurjaw 28 u qalgħu 23. Kontra team ta' AEK Athens, il-Milan lagħbu logħba ħdax-il sena ilu (1994/95) fejn ġew draw ta' 0-0 f'Ateni u rebħu 2-1 fi Trieste. L-avversarji l-oħra Anderlecht lagħbu fl-istaġun 1993/94 fejn ir-riżultat ġo Anderlecht u ġo San Siro kien dak ta' 0-0.

Il-Kalendarju tal-Milan fl-ewwel rawnd taċ-Champions League huwa dan:

13 ta' Settembru: Milan-AEK Athens
26 ta' Settembru: Lilla-Milan
17 t' Ottubru: Anderlecht-Milan
1 ta' Novembru: Milan-Anderlecht
21 ta' Novembru: AEK Athens-Milan
6 ta' Diċembru: Milan-Lilla

STELLA ROSSA-MILAN 1-2

Il-Milan nhar l-Erbgħa permezz tal-logħba kontra l-iStella Rossa reġgħu daħlu fl-Ewrop li tgħodd. Il-logħba ma' l-iStella Rossa ma kinitx xi logħba fejn il-Milan iddominaw imma l-Milan żammew il-ballun kemm jista' jkun biex inaqqsu l-logħob ta' l-avversarji. Kien hemm diversi azzjonijiet perikolużi miż-żewġ naħat. Il-Milan marru fil-vantaġġ fid-29 minuta permezz ta' Inzaghi u nistgħu ngħidu li dan il-gowl qatgħa saqajn l-avversarji għax issa kellhom jiskurjaw tliet gowls biex jgħaddu. Mbagħad fit-tieni taqsima wasal il-gowl ta' Seedorf u wara skurjaw l-iStella Rossa l-unika gowl tagħhom f'dawn iż-żewġ konfronti permezz ta' Djokic.

STELLA ROSSA-MILAN 1-2

SKURJAW: Inzaghi fid-29', Seedorf fid-79', Djokic fit-80'

MILAN: Dida; Cafu (Favalli fit-82'), Simic, Costacurta, Serginho; Gattuso, Pirlo, Seedorf; Kakà; Inzaghi (fit-68' Ambrosini), Gilardino (Borriello fit-88').

STELLA ROSSA: Randjelovic; Basta, Bisevac, Gay, Pantic (fil-61' Purovic); Kovacevic, Jankovic (fl-54’ Perovic), Georgiev, Milovanovic (fis-70' Andelokovic); Zigic, Djokic.

REFERI: Bo Larsen (DAN)

KARTI SOFOR: Gueye (49’), Kakà (56’)

21.8.06

L-imsejħa għal-logħba ta' għada tal-Milan kontra l-iStella Rossa

It-22 plejers imsejħa għal-logħba ta' nhar it-Tlieta huma:

Gowlers: Dida (1), Coppola (78), Kalac (16);

Difensuri: Bonera (25), Cafu (2), Costacurta (5), Favalli (19), Jankulovski (18), Serginho (27), Simic (17);

Midfielders: Ambrosini (23), Brocchi (32), Foggia (83), Gattuso (8), Gourcuff (20), Kakà (22), Pirlo (21), Seedorf (10);

Attakkanti: Amoroso (37), Borriello (12), Gilardino (11), Inzaghi (9).

14.8.06

MILAN-STELLA ROSSA 1-0

Nhar l-Erbgħa bdiet il-mixja tal-Milan lejn l-istaġun il-ġdid. Il-logħba mar-Red Star nistgħu ngħidu li kienet sodisfaċenti sa ċertu punt minħabba li l-plejers daħlu mill-vaganzi 15-il ġurnata biss. Il-Milan attakkaw u fl-istess ħin iddefendew biex ma jgħajjux jiġru wisq minħabba li żgur ma kellhomx id-90 minuta f'saqajhom. Kien Inzaghi biss li rnexxilu jsib ix-xibka fit-22 minuta ta' l-ewwel taqsima. Il-gowler Dida kellu ftit x'jagħmel f'din il-logħba minħabba li r-Red Star attakkaw mhux ħażin lejn il-lasta ta' Dida. Min-naħa l-oħra anki l-Milan attakkaw mhux ħażin imma ma rnexxilhomx isibu ix-xibka. Issa nistennew u naraw jekk il-Milan hux se jirnexxilhom jagħmluha biex dan l-istaġun jilgħabu fiċ-Champions League fil-logħba li jmiss nhar it-Tlieta 22 ta' Awissu fid-21.00.

MILAN-STELLA ROSSA 1-0

SKURJAW: Inzaghi fit-22'

MILAN: Dida; Cafu (mit-78' Brocchi), Simic, Costacurta, Serginho; Gattuso, Pirlo (mit-80' Gourcuff), Seedorf; Kakà; Inzaghi, Gilardino (mill-71' Ambrosini).

STELLA ROSSA: Randjelovic; Pantic, Bisevac, Perovic (mill-65' Tutoric), Gueye; Kovacevic, Georgiev, Milovanovic (mit-80' Djokic), Basta; Zigic, Jankovic (mit-88' Krivokapic).

REFERI: Wegereef (Olanda)

KARTI SOFOR: Perovic (SR), Gueye (SR)

9.8.06

Jibda l-istagun agonstiku tal-Milan

Mil-lum jibda l-istaġun tal-Milan 2006-07 permezz tal-logħba kontra ir-Red Star Belgrade. Din is-sena se tkun sena differenti mill-oħrajn dan minħabba li se jkun hemm plejers li konna rbatna qalbna magħhom bħal Shevchenko li mar maċ-Chelsea u Rui Costa ma' Benfica. Dan wkoll wara Calciopoli li fih il-Milan ġew involuti permezz ta' Meani. Issa naraw kif dan l-istaġun se jiżvolgi ruħu u nispera li jkun wieħed pożittiv anki jekk il-Milan se jibdew il-league bi 8 punti minn taħt. Nistennew li naraw kif se tiżvolgi din il-mixja.

Permezz ta' dan il-blog se nkun qed nagħti l-kummenti tiegħi dwar dak li jkun qed jiġri fil-Kamp ta' l-iskwadra tal-Milan u nispera li dan il-proġett jibqa sejjer għal numru twil ta' żmien.

Insellmilkom

FORZA MILAN!!!