30.11.06

MILAN-MESSINA 1-0

Fil-ħdax-il logħba tal-league Taljan il-Milan sabu r-rebħa kontra t-tim ta' Messina. Dan il-gowl wasal mill-captain tat-tim ta' Milan, Paolo Maldini li sab ix-xibka fit-13-il minuta b'daqqa ta' ras wara freekick ta' Pirlo. Il-Milan kellhom diversi okkażjonijiet oħra biex isibu x-xibka pero kien dak il-gowl biss li rnexxilhom. Din kienet l-ewwel rebħa għal Milan wara erba' telfiet u draw fil-league u c-Champions. Issa Milan jinsabu fil-15-il post bi 11-il punt.

MILAN-MESSINA 1-0

SKURJAW: Maldini fil-13'

MILAN: Kalac; Bonera (Nesta fis-70'), Simic, Maldini, Jankulovski; Brocchi, Pirlo, Gourcuff; Kakà; Inzaghi (Seedorf fit-72'), Gilardino (Borriello fis-87')

MESSINA: Storari; Zoro, Iuliano, Rea, Parisi; Lavecchia (Alvarez fit-52' ), De Vezze, Cordova, Coppola (Floccari fl-64' ), Masiello; Riganò (Di Napoli fl-74')

REFERI: Gava

KARTI SOFOR: Iuliano, De Vezze, Lavecchia, Zoro, Di Napoli

No comments: