23.11.06

AEK ATHENS-MILAN 1-0

Il-Milan komplew il-mixja tagħhom fiċ-Champions League permezz ta' telfa kontra l-AEK Athens pero din it-telfa fissret ukoll li l-Milan għaddew għat-tieni rawnd tal-kompetizzjoni. Dan minħabba li Lens u Anderlecht ġew draw il-bieraħ u b'hekk il-Milan ma jistgħux jiġu milħuqa mit-timijiet ta' dan il-grupp. F'din il-logħba il-Milan ippruvaw iwasslu l-attakki tagħhom fix-xibka ta' l-avversarji pero ma rnexxilhom. Il-Milan komplew jaraw it-tim tagħhom jaqa' biċċiet wara li f'din il-logħba weġġa wkoll il-gowlkiper Dida li għandu bejn xahrejn u tliet xhur barra.

AEK ATHENS-MILAN 1-0

SKURJAW:32' Julio Cesar

AEK ATHENS: Sorrentino; Cirillo, Dellas, Papastathopoulos, Tziortziopoulos (Moras fis-78'); Emerson, Zikos, Tozser (Kyriakidis fis-66'); Manduca; Liberoupoulos, Julio Cesar (Hetemaj fis-86')

MILAN: Dida (Kalac fis-78'); Brocchi, Costacurta (Jankulovski fis-46'), Maldini, Bonera; Gourcuff, Pirlo, Seedorf; Kakà; Ricardo Oliveira (Borriello fis-70'), Inzaghi.
REFERI: BRAAMHAAR (OLA)

KARTI SOFOR: Tziortziopoulos S. (Aek), Oliveira R. (Mil). Tozser D. (Aek), Seedorf (M)

No comments: