Fl-għaxar logħba tal-league Taljan il-Milan ġarrbu it-tieni telfa konsekuttiva kontra Atalanta. It-tim ta' Milan matul din il-logħba ġie mċaħħad minn penalti fuq Bonera u kif ukoll gowl jew penalti minn Gourcuff. Il-Milan ma lagħbux xi logħba tajba ħafna pero kienu l-Atalanta li sabu żewġ gowls wieħed minn Ventola fil-50 minuta u wieħed minn Soncin fil-ħin miżjud. Matul din il-logħba il-Milan spiċċaw ukoll bi plejer inqas wara li Gattuso weġġa u Ancelotti kien diġa għamel it-tliet sostituzzjonijiet. Din il-logħba kienet l-ewwel logħba ta' Gourcuff ma' Milan fil-league. Issa l-Milan għandhom 7 punti u jinsabu fis-16-il post.ATALANTA-MILAN 2-0
SKURJAW: Ventola fil-50', Soncin fit-92'
ATALANTA: Calderoni; Bellini, Rivalta, Talamonti, Ariatti; F. Pinto, Bernardini (Tissone fit-13'), Migliaccio, Donati; Doni (Bombardini fil-81'), Ventola (Soncin fl-74')
MILAN: Dida; Bonera (Cafu fis-70'), Simic, Maldini, Jankulovski; Gattuso, Pirlo, Gourcouff (Seedorf fis-56'); Kakà; F. Inzaghi (Oliveira fis-70'), Giardino
REFERI: Pieri
KARTI SOFOR: Simic, Gourcuff, Donati

No comments:
Post a Comment