Il-Milan bdew ukoll l-istaġun tal-Coppa Italia kontra t-tim ta' Brescia. Din il-logħba kellha żewġt uċuħ għall-Milan dan minħabba li fl-ewwel taqsima il-Milan kienu qed jitilfu 2-0 wara gowls minn Alfageme u Serafini għall-Brescia wara żewġ papri minn Kalac. Pero imbagħad fit-tieni taqsima il-Milan bidlu l-wiċċ tal-logħba u skurjaw 4 gowls permezz ta' Brocchi, Inzaghi u Borriello darbtejn. Dan ir-riżultat huwa wieħed pożittiva pero kienu jkunu ftit min-nies li jaħsbu li l-Milan kienu se jerbħu din il-logħba wara li kienu 2-0 minn taħt. Prosit Milan tar-rimonta li għamiltu.MILAN-BRESCIA 4-2
SKURJAW: Alfageme fis-37', Serafini fit-43', Boriello fis-60', Brocchi fl-64' , Inzaghi fit-78', Borriello fis-86'
MILAN: Kalac, Cafu, Bonera, Costacurta, Favalli (Simic fis-46'), Lunati (Antonelli fis-46'), Brocchi, Gourcuff, Seedorf, Borriello, R.Oliveira (Inzaghi fid-59')
BRESCIA: Viviano, Zambelli (Dallamano fil-71'), Stankevicius, Zoboli, Cortellini, Hamsik, Zambrella (Piangerelli fil-55'), Cerci, Serafini, Del Nero, Alfageme (Maccan fis-75')
REFERI: Mazzoleni

No comments:
Post a Comment