Tmenin sena ilu ġie inawgurat il-grawnd ta' San Siro, li riedu tant il-President tal-Milan Piero Pirelli. L-ewwel impjant kien grawnd tipiku Ingliż b'erba' tribuni ta' 35 elf persuna. L-ewwel partita tal-league li ntlagħbet hemm kienet fis-6 ta' Ottubru meta l-Milan rebħu lil Sampierdarenese 1-2. Sa l-1945 San Siro kien biss tal-Milan għax l-Inter kienu jilgħabu fl-Arena Napoleonica. Fl-1935 il-Milan biegħu l-istadium lill-Kunsill Lokali li wara ddeċidew li jkabbruh. L-ewwel xogħol li sar kien fl-1952 fejn l-gwand kien sar jesa' 100 elf post Fix-xogħol li sar fl-1954 li tlesta fis-26 t'Ottubru 1955, li istadium kien estiz jesa' 85,000 post. L-aħħar xogħlijiet li saru fuq San Siro saru għat-Tazza tad-Dinja ta' l-1990 fejn il-grawnd issa jesa' 85,700 ruħ.
20.9.06
Subscribe to:
Post Comments (Atom)

No comments:
Post a Comment