11.9.06

MILAN-LAZIO 2-1

Fl-ewwel logħba tal-league Taljan il-Milan lagħbu kontra l-Lazio u rebħu 2-1. Il-logħba nistgħu ngħidu li baqgħet emozzjonanti sa l-aħħar. Iż-żewġ timijiet kellhom ċansijiet tajbin. Il-Milan bdew tajjeb il-logħba fejn tellgħu diversi attakki pero mbagħad il-Lazio ħarġu sew u kellhom diversi azzjonijiet perikolużi. Matul dawn l-attakki tal-Lazio il-Milan sabu x-xibka permezz ta' Inzaghi fis-27 minuta, fejn minn pass tajjeb ta' Kaka irnexxilu jsib ix-xibka. Fit-tieni taqsima il-Milan komplew jattakkaw u fit-62 minuta daħal wieħed mill-akkwista ta' Milan dan l-istaġun, Ricardo Oliviera. Dan impressjona ħafna nistgħu ngħidu fejn daqs 8 minuti wara li daħal sab ix-xibka. Oliviera għamel żewġ azzjonijiet perikolużi fejn kienet il-bravura ta' Peruzzi li salva x-xibka tal-Lazio. Wara l-gowl ta' Oliviera wasal ukoll il-gowl tal-Lazio permezz ta' Makinwa. Il-Lazio komplew jemmnu li setgħu iġibu r-riżultat tad-draw pero il-Milan żammew sa l-aħħar ir-riżultat. Issa l-Milan għandu -5 punti u jinsab fis-17-il post.

MILAN-LAZIO 2-1

SKURJAW: Inzaghi fis-27'; Oliveira fis-70', Makinwa fis-73'

MILAN: Dida, Cafu, Nesta, Maldini, Serginho (fis-76' Favalli), Brocchi, Pirlo, Seedorf, Kakà, Gilardino (fis-62' st Oliveira), Inzaghi (fis-77' Ambrosini).

LAZIO: Peruzzi, Oddo, Siviglia, Cribari, Zauri, Foggia (fit-53' Mutarelli), Mudingayi (fis-76' Manfredini), Ledesma, Mauri, Rocchi, Pandev (fis-46' Makinwa).

REFERI: Bertini di Arezzo.

KARTI SOFOR: Mudingayi, Cafu, Ledesma, Cribari, Maldini, Inzaghi

No comments: