Fit-tieni logħba tal-league Taljan il-Milan komplew il-mixja pożittiva tagħhom wara r-rebħa ta' 2-0 fuq il-tim tal-Parma. L-ewwel gowl tal-Milan wasal minn freekick dirett ta' Seedorf fis-26 minuta. Fl-40 minuta Gilardino kellu jħalli l-grawnd minħabba daqqa ta' ras li qala' huwa u jaqbeż għall-ballun fil-kaxxa tal-Parma. It-tieni gowl wasal minn Kaka' minn penalti fis-86 minuta. Dan il-penalti ġie mogħti wara li l-gowler ta' Parma. De Lucia, waqqa' lil Kaka' fil-kaxxa wara pass tajjeb ta' 40 metru minn Pirlo. Issa l-Milan għandhom -2 punti u jinsabu fis-17-il post.PARMA-MILAN 0-2
SKURJAW: 26' Seedorf (M), 86' Kaka (M) pen.
PARMA: De Lucia; Coly, Paci (Dessena fit-83), Contini, Castellini; Grella, Ciaramitaro; Pisanu (Kutuzov fl-64'), Morfeo, Gasbarroni; Budan
MILAN: Dida; Bonera, Simic, Costacurta (Kaladze fid-19'), Jankulovski; Gattuso (Brocchi fit-72'), Pirlo, Ambrosini; Seedorf; Ricardo Oliveira, Gilardino (Kaka' fl-40')
REFERI: Trefoloni
KARTI SOFOR: Oliveira R., Bonera D., Paci M., Dida N., De Lucia A.

No comments:
Post a Comment