18.9.06

MILAN-AEK ATHENS 3-0

Il-Milan bdew il-mixja tagħhom fiċ-Champions League nhar l-Erbgħa kontra l-AEK Athens. Din il-logħba spiċċat bir-riżultat ta' 3-0 għall-Milan. Il-logħba nistgħu ngħidu li kienet kważi dejjem f'idejn il-Milan. Fejn il-Milan kellhom diversi ċansijiet biex jiskurjaw. Fis-17-il minuta Inzaghi reġa sab ix-xibka b'daqqa ta' ras minn kross tajjeb ta' Maldini, dan ifisser li s'issa skurja f'kull logħba li lagħab. Wara fil-41 minuta Gocuff skurja gowl ieħor bir-ras wara kross minn Kaka. Għal dan il-plejer huwa l-ewwel gowl għalih ma' Milan fl-ewwel logħba tiegħu. It-tielet gowl tal-Milan wasal minn penalti li skurja Kaka wara li Inzaghi ġie mwaqqa fil-kaxxa. Permezz ta' din ir-rebħa il-Milan jinsabu fl-ewwel post ta' Grupp H bi 3 punti wara li ż-żewġ timijet l-oħra tal-grupp Anderlecth u Lille spiċċaw fi draw ta' 1-1.


MILAN-AEK ATHENS 3-0

SKURJAW: Inzaghi fis-17', Gourcuff fil-41', Kaka fis-76' (pen)

MILAN: Dida; Cafu, Simic, Maldini, Favalli (Jankulovski fit-78'); Gattuso, Brocchi (Ambrosini fl-74'), Gourcuff; Kakà; Inzaghi, Ricardo Oliveira (Seedorf fis-70').

AEK Athens: Sorrentino; Pautasso, Dellas (Ivic fil-55'), Cirillo, Tziortziopoulos; Emerson (Tozser fis-70' ), Ivic; Kapetanos (Lagos fis-46'), Lyberopoulos, Julio Cezar; Delibasic

REFERI: Riley (ING)

KARTI SOFOR: Maldini, Cirillo, Moras

No comments: