Il-Milan komplew il-mixja tagħhom fiċ-Champions League fl-aħħar logħba ta' l-ewwel rawnd kontra t-tim Franċiż ta' Lille. Il-Milan kellhom rashom mistrieħa mill-ewwel post fil-klassifika u allura forsi l-plejers ma kellhomx stimoli kbar biex jirbħu din il-logħba. Fil-fatt il-logħba spiċċat b'telfa ta' Milan 2-0 b'gowls ta' Odemwingie u A. Keita. Issa ċ-Champions League tkompli fi Frar bin-Knockout fit-tieni rawnd.MILAN-LILLE 0-2
SKURJAW: Odemwingie fit-8', A. Keita 67'
MILAN: Kalac; Bonera, Simic, Kaladze, Jankulovski, Brocchi (Seedorf fil-46'), Pirlo, Ambrosini (Kakà fil-54'), Gourcuff, Inzaghi, Borriello (Oliveira fit-72')
LILLE: Malicki; Chalme, Plestan, Tavlaridis, Tafforeau, Keita A. (Youla fit-83'), Cabaye, Makoun, Debuchy, Bodmer, Odemwingie (Robail fit-72').
REFERI: Poll
KARTI SOFOR: A. Keita (L).

No comments:
Post a Comment