It-tim ta' Milan fil-logħba li kien imissu jilgħab fil-league kienet kontra t-tim ta' Catania, tim li din is-sena telgħa minn Serie B. Il-logħba għall-Milan mill-ewwel bdiet tajjeb permezz ta' gowl minn Kaka fir-raba' minuta. Wara dak il-gowl il-Milan komplew jattakkaw pero ma reġgħux sabu x-xibka sat-82 minuta fejn Gilardino skurjaw u warajh reġa' Kaka fit-88 minuta wara pass ta' Gilardino. B'hekk it-tim ta' Milan reġa' lura għar-rebħa wara tliet drawiet ma' Cagliari, Torino u Fiorentina.MILAN-CATANIA 3-0
SKURJAW: Kaka fir-4', Gilardino fit-82', Kaka fit-88'
MILAN: Kalac, Cafu (Simic fis-86'), Bonera, Kaladze, Jankulovski, Gattuso (Gourcuff fid-89'), Pirlo, Brocchi, Kakà, Gilardino, Oliveira (Seedorf fis-63').
CATANIA: Pantanelli, Silvestri, Sottil, Stovini, Lucenti (Vargas fil-55'), Baiocco, Edusei, Caserta, Millesi (Corona fis-46'), Spinesi, Mascara
REFERI: Dondarini
KARTI SOFOR: Bonera, Gourcuff

No comments:
Post a Comment