Il-Milan tilfu l-ewwel logħba dan l-istagun kontra t-tim ta' Palermo li bħalissa jinsab fil-quċċata tal-klassifika. Il-Milan ippruvaw jattakkaw u jżommu l-attakki tat-tim ta' Palermo pero ma rnexxilhomx għal kollox. Kien biss żewġ gowls ta' Bresciano u Amauri li rnexxilhom jinfdu d-difiża tal-Milan. Il-Milan qed joħolqu diversi azzjonijiet tajbin pero l-problema hija li ma tantx qed isibu x-xibka. Fl-94 minuta Gilardino ra gowl tiegħu mħassar minħabba li mbutta plejer waqt l-azzjoni. Issa l-Milan għandhom 4 punti u jinsabu fl-14-il post.MILAN-PALERMO 0-2
SKURJAW: 50' Bresciano, 74' Amauri
MILAN: Dida, Cafu, Nesta, Kaladze, Jankulovski (Maldini fis-64'), Gattuso (Brocchi fit-73'), Pirlo, Seedorf (R. Oliviera fit-78'), Kakà, Gilardino, Inzaghi
PALERMO: Fontana, Biava (Capuone fis-77)', Barzagli, Zaccardo, Diana (Tedesco fit-82'), Simplicio, Corini, Guana, Bresciano, Di Michele (Cassani fit-68'), Amauri
KARTI SOFOR: Biava, Gattuso, Corini, Diana

No comments:
Post a Comment