Fil-ħames logħba tal-league il-Milan ġew draw ta' 0-0 kontra s-Siena. Dan kien it-tielet draw infila għall-Milan wara l-logħob ma' Livorno u Lille. Il-Milan ippruvaw kemm il-darba jiskuraw pero ma rnexxilhom idaħħlu l-ballun fix-xibka. Għat-tieni darba konsekuttiv il-Milan ġew imċaħħda minn gowl regolari ta' Pirlo. Gilardino laqat ukoll lasta għall-Milan. Issa l-Milan għandhom 3 punti u jinsabu fl-14-il post.MILAN: Dida; Cafu (Ambrosini fit-73'), Nesta, Kaladze, Favalli (Jankulovski fis-46'); Gattuso, Pirlo, Seedorf (Oliveira fit-73'), Kakà, Gilardino, Inzaghi.
SIENA: Manninger; Bertotto, Gastaldello, Rinaudo, Molinaro; Konko, D'Aversa (Brevi fit-88'), Vergassola, Candela (Antonini fit-80'); Locatelli (Bogdani fit-73'), Frick
REFERI: Nicola Stefanini
KARTI SOFOR: Gastaldello, Bertotto, Brevi

No comments:
Post a Comment