Nhar l-Erbgħa bdiet il-mixja tal-Milan lejn l-istaġun il-ġdid. Il-logħba mar-Red Star nistgħu ngħidu li kienet sodisfaċenti sa ċertu punt minħabba li l-plejers daħlu mill-vaganzi 15-il ġurnata biss. Il-Milan attakkaw u fl-istess ħin iddefendew biex ma jgħajjux jiġru wisq minħabba li żgur ma kellhomx id-90 minuta f'saqajhom. Kien Inzaghi biss li rnexxilu jsib ix-xibka fit-22 minuta ta' l-ewwel taqsima. Il-gowler Dida kellu ftit x'jagħmel f'din il-logħba minħabba li r-Red Star attakkaw mhux ħażin lejn il-lasta ta' Dida. Min-naħa l-oħra anki l-Milan attakkaw mhux ħażin imma ma rnexxilhomx isibu ix-xibka. Issa nistennew u naraw jekk il-Milan hux se jirnexxilhom jagħmluha biex dan l-istaġun jilgħabu fiċ-Champions League fil-logħba li jmiss nhar it-Tlieta 22 ta' Awissu fid-21.00.MILAN-STELLA ROSSA 1-0
SKURJAW: Inzaghi fit-22'
MILAN: Dida; Cafu (mit-78' Brocchi), Simic, Costacurta, Serginho; Gattuso, Pirlo (mit-80' Gourcuff), Seedorf; Kakà; Inzaghi, Gilardino (mill-71' Ambrosini).
STELLA ROSSA: Randjelovic; Pantic, Bisevac, Perovic (mill-65' Tutoric), Gueye; Kovacevic, Georgiev, Milovanovic (mit-80' Djokic), Basta; Zigic, Jankovic (mit-88' Krivokapic).
REFERI: Wegereef (Olanda)
KARTI SOFOR: Perovic (SR), Gueye (SR)

No comments:
Post a Comment